Ingredjenti
- Fenek shih
- Basla, imqatta
- 4 Sinniet tewm
- 2 Patata, imqaxxra w maqsumin minn nofs
- 3 Karrotti
- Zewg ponnijiet pizelli tal-friza
- 2 Bottijiet tadam imqatta
- 1 Polpa
- 300ml Nbid ahmar tat-tisjir
- Mgharfa hwawar nixfin
- Kuccarina curry
- Kuccarina mixed spice
- Ftit zejt
Ghandek bzonn
- Tagen kbir
- Mgharfa ta l-injam
- Kuccarina
- Sikkina
Metodu
- Sahhan tagen kbir fuq nar gholi u zid ftit zejt, kemm tikshi il-qiegh. Itfa il-basla, tewm, karrotti, hwawar, curry u l-mixed spice, tihom tahwida u hallihom isiru sakemm il-basal jirtab ftit.
- Zid il-bicciet tal-fenek u hallihom sakemm jiehdu il-kulur umbghad dawwarhom biex tghamel l-istess fuq in-naha l-ohra.
- Zid l-inbid u hallih sakemm jevapora ftit. Ftit wara zid it-tadam imqatta u l-polpa. Hawwad sew ara li il-fenek tghatta kollu (zidu bl-ilma jekk tara li it-tadam ma ghattihx) Zid il-patata u hallih fuq nar gholi bl-ghatu sakemm jibda ibaqbaq. Baxxi n-nar u nehhi l-ghatu biex thallih itektek ghal madwar siegha/siegha w nofs.
- Fl-ahhar ftit minuti zid il-pizelli u erga ghatti bl-ghatu sakemm tara li l-laham tal-fenek jinqala facilment minn ma l-ghadma.
Can you change this Rabbit Stew into english? I can read tiny bit but some words in this recipe are not ones I can understand.
Thank You
LikeLike