Kawlata

Ricetta bil-Malti

Ingredjenti

  • xikel tal-majjal
  • zalzett tal-malti
  • 1 basla, imqaxxra u imqatta
  • 2 qarabaghli, imqattghin
  • bicca qargha hamra, imqaxxra u imqatta
  • 1 patata kbira, imqaxxra u imqatta
  • 2 karrotti
  • nofs kabocca, imqatta
  • 1 cube tal-haxix
  • mgharfa kunserva
  • ftit zejt taz-zebbuga

Metodu

  1. Sahhan borma kemmxejn kbira fuq nar medju w zid ftit zejt. Waddab il-basla, il- qarabaghli, il-qargha hamra, il-karrotti, il-patata u il-kabocca w hawwad sew. Poggi l-ghatu fuq il-borma u hallihom isiru ghal madwar 10 minuti.
  2. Imla il-borma bl-ilma kiesah, daqs nofsha. Zid ix-xikel u z-zalzett tal-malti u wara kompli imla il-borma bl-ilma kiesah sakemm jitghatta kollox. Hawwad mgharfa kunserva gol-borma stess u zid il-cube tal-haxix.
  3. Erga ghatti il-borma bl-ghatu u sajjar sa ma jibda jbaqbaq. Nehhi l-ghatu u naqqas in-nar ghal l-iktar fjamma baxxa u halli kollox itektek ghal madwar siegha u nofs/saghtejn. Jekk tara li l-likwidu qed jonqos, tista izzid iktar ilma kemm tixtieq.

Suggeriment: Met tigi biex isservi, ahna nhobbu inzidulha ftit melh u bzar kif ukoll naqra parmeggjan mahkuk.

Advertisements

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.