Pastizzi tal-Pizelli

Ricetta verament hafifa u ma tiehux hafna hin! Ideali ghal xi parties tat-tfal inkella xi okkazjonijiet ohra fejn tridu tinkludu ikel tradizzjonali Malti. M’hawnx isbah milli dak li sservi lill-mistednin, tkun sajjartu inti stess!

Ingredjenti

  • 640g puff pastry (mixtrija lesta biex tintuza)
  • 2 basal, imqaxxrin u imqattghin zghar
  • 3 sinniet tewm
  • kuccarina curry
  • 2 bottijiet pizelli
  • 60g ilma kiesah
  • Mgharfa zejt taz-zebbuga
  • ftit abjad tal-bajd (bajda wahda)
  • bzar u melh
  • gunglien

Ghandek bzonn

  • Borma
  • Dixx baxx tal-forn
  • Mgharfa
  • Mgharfa ta l-injam
  • Forma ta cirku
  • Bowl zghir
  • Pinzell biex tidlek l-abjad tal-bajd

Metodu

  1. Ilhaq sahhan il-forn temperatura 180c.
  2. Go borma, sahhan mgharfa zejt taz-zebbuga fuq temperatura gholja u zid il-basal u t-tewm. Sajjar ghal madwar 5 minuti jew sakemm jirtabu.
  3. Zid il-curry u sajjar billi thawwad il-hin kollu sakemm il-curry tibda tinxtamm l-aroma tieghu.
  4. Zid il-pizelli u l-ilma kiesah, ponta bzar u melh u sajjar sakemm il-likwidu jevapora kollu. Kif issir, itfa it-tahlita f’genb u halliha ha tiksah kompletament.IMG_3383
  5. Aqbad l-ghagina u b’forma ta cirku imdaqqas kemm tixtieq, ohrog kemm tista crieki. B’folja ta 320g ghagina ghandek tohrog 10/11 -il pastizz, skond kemm hi kbira il-forma. Prepara dixx biex tahmi u iksih bil-karta forno halli kif ikollok ic-crieki lesti, tista tpoggihom mill-ewwel fuqu.
  6. Biex timla, igbor mgharfa mit-tahlita tal-pizelli u poggiha fin-nofs tac-cirku. Idlek it-tarf tac-cirku bl-abjad tal bajd u itwi l-ghagina min-nofs biex tifforma nofs qamar. Ghafas kemmxejn it-truf tal-ghagina ma xulxin halli jehlu sew. Tinkwetax jekk johroglok xi ftit il-mili.     IMG_3389
  7. Kif tghalaqhom kollha, ghatihom dilka abjad tal-bajd u roxx ftit gunglien.
  8. Dahhal fil-forn u sajjar ghal madwar 25 minuta jew sakemm jgholew sbieh u jihmaru.

Advertisements

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.