Ricetta tal-ghagina helwa ghafas hawn
Ingredjenti ghall-mili – Iservi ghal madwar 2 figolli
- 250g lewz pur
- 200g zokkor
- Bajda (ifred l-abjad minn ma l-isfar)
- ftit essenza tal-lewz
- qoxra mahkuka ta nofs lumija
- il-meraq ta nofs lumija
Ghandek bzonn
- Bowl kbir
- Mgharfa ta l-injam
- Lembuba
- Forom
- Pinzell
- Karta forno
Metodu
- Sahhan il-forn fuq gas marka 4-5
- Go bowl kbir, hallat flimkien il-lewz u z-zokkor. Habbat sew l-abjad tal-bajda u zidha mat-tahlita tal-lewz u z-zokkor. Hawwad sew kollox flimkien.
- Zid l-essenza tal-lewz, il-qoxra u l-meraq ta nofs lumija. Jekk tara li t-tahlita giet kemmxejn iebsa zid harira zghira ilma jew ftit iktar abjad tal-bajd.
- Ferrex ftit dqiq fuq il-bank tal-kcina u l-lembuba sabiex meta tigi biex tiftah l-ghagina ma tehillekx. Iftah l-ghagina, tghamiliex la irqieqa u lanqas hoxna hafna.
- Lesti l-forom li tixtieq u aqta mill-ghagina darbtejn bl-istess forma.
- Ibda itfa it-tahlita tal-lewz fuq wahda mill-forom, timlihomx sax-xifer halli spazju bizzejjed biex tkun tista tghalaq. Ghamel ftit ilma max-xifer tal-ghagina ta fejn hemm il-mili, aqbad il-forma l-ohra li qtajt u poggiha fuqha. Ghafas bil-moghod ix-xifer bil-ponot ta subghajk sakemm tara li z-zewg forom wehlu flimkien. Importanti li jehlu sew halli mas-sajran l-ghagina ma tgholix. Kompli b’dan il-metodu sakemm timla il-forom kollha li qtajt.
- Idlek il-wicc ta kull forma bl-isfar tal-bajda halli l-ghagina tiehu kulur sabih, ghalkemm se zzejjen.
- Poggi fil-forn u ahmi ghal madwar 30 minuta jew sakemm tara li hadu kulur hamrani sabih.
- Meta jlestu, ohroghom mill-forn u hallihom ha jikshu kompletament.
- Zejjen kif tixtieq inti, jew bic-cikkulata mdewwba inkella bil-gelu. Nissuggerixxu li t-tizjin isir il-gurnata ta wara halli l-figolli jkunu qaghadu sew.
