Imqarrun il-Forn

Ingredjenti

  • 500g ghagin tal-imqarrun (Tortiglioni)
  • 600g ikkappuljat (beef)
  • 200g ikkappuljat (pork)
  • Bott tadam imqatta
  • Pakkett polpa
  • Bott pizelli
  • 2 karrotti imqattghin
  • 2 mgharef kunserva
  • Basla imqatta
  • 3 tewm imqattghin
  • Stock cube tal-beef mahlula go qiesu 300ml ilma
  • 3 bajdiet xkumati
  • Ftit zejt

Ghandek bzonn

  • 2 borom
  • Dixx kbir tal-forn
  • Passatur
  • Skutella zghira biex tixkuma il-bajd
  • Mgharfa ta l-injam
  • Sikkina
  • Kuccarun

Metodu

  1. Sahhan ftit zejt u zid il-basal u l-karrotti sakemm jirtabu.
  2. Zid l-ikkappuljat kollu kif ukoll il-kunserva. Sajjar sakemm kwazi kwazi il-kunserva tibda tehel ma qiegh il-borma.
  3. Issa zid l-istock tal-beef u hallih isir sakemm l-istock jevapora nofsu.
  4. Zid it-tadam imqatta u l-polpa. Halli kollox itektek fuq nar baxx ghal xi siegha u nofs. Zid il-pizelli fl-ahhar 5 minuti.
  5. Sakemm qed ittektek il-borma, ilhaq sajjar nofs sajran l-ghagin. Kif isir halltu maz-zalza go dixx kbir tal-forn u zid il-bajd. Hawwad kollox sew.
  6. Fil wicc tista izzid xi naqra parmeggjan mahkuk u dahhal fil-forn. Sajjar sakemm tara li l-wicc hmar sabih u baskat ghal gosti tieghak.

imqarrun

 

Leave a comment