Galletti

Ingredjenti

  • 226g dqiq plain
  • 226g semolina
  • ilma fietel
  • kuccarina hmira niexfa
  • ponta melh

Ghandek bzonn

  • Gharbiel
  • 2 bowls kbar
  • Bowl zghir
  • Lembuba
  • Forma ta cirku
  • Dixx catt biex tahmi
  • Sarvetta niedja
  • Cling film
  • kebab stick/sulfarina/furketta

Metodu

  1. Gharbel flimkien id-dqid u l-melh go bowl kbir.
  2. Holl il-hmira go bowl zghir fi ftit ilma fietel (importanti li la jkun jahraq u lanqas kiesah ghax inkella l-hmira ma tahdimx) u zidha mad-dqiq. Hawwad u kompli itfa ilma fietel ftit ftit sakemm tara li qed tifforma ghagina. L-ghagina ma tridx tkun niedja hafna. Kompli ghagen sakemm tara li l-ghagina giet lixxa.
  3. Kif tlesti, itfa l-ghagina go skutella u ghattiha b’sarvetta niedja jew bil cling film u halliha x’imkien ghas shana ghal madwar saghtejn sakemm tirdoppja fid-daqs.
  4. Roxx ftit dqiq fuq il-bank ta fejn ser tiftah l-ghagina. Aqsam l-ghagina fi tlett bicciet u ibda iftaghha sakemm tigi irqieqa kemm tista. Hafna juzaw il-magna li tghamel l-ghagin pero ahna ftahniha b’idejna bla problemi ta xejn.
  5. Uza forma ta cirku id-daqs li tixtieq inti u aqta kemm trid forom. Ghamel erba toqbiet fin nofs ta kull forma, ahna uzajna kebab stick minn naha ta wara, tista tuza ukoll il-wara ta sulfarina jew xi furketta.
  6. Prepara id-dixx li se tahmi fih billi troxx ftit semolina qabel ma titfa il-forom fuqu.
  7. Dahhal f’forn b’temperatura gholja u ahmi sakemm tara li hadu kulur sabih miz-zewg nahat. Thallihomx jihmaru hafna ghax ikunu wisq iebsin biex jittieklu.
  8. Servi ma ricetta tajba tal-bigilla jew uzaghhom bhala snacks ma xi appetisers ohra.
Advertisements

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.