Torta tal-Lampuki

Ricetta antika tat-torta tal-lampuki!

F’din ir-ricetta sajjarna il-lampuki, l-ispinaci u l-pastard fuq il-fwar umbaghad zidna tadam frisk, zebbug, pizelli, qoxra ta lumija w naghnieh, fost ingredjenti ohrajn, biex joholqu palat apetituz.

Ghal min ihobb il-hut, bla dubju ta xejn li l-lampuka hija wahda mill-favoriti u din it-torta taghti dan il-mertu lil din il-huta tradizzjonali u tant popolari Maltija.

Ingredjenti – tohrog dixx ta qies 26 cm x 6 cm

  • 750g lampuki
  • ghagina tat-torti (ghafas hawn ghar-ricetta, ghal dan id-daqs ta dixx ir-ricetta tal-ghagina trid tirduppjaha)
  • 250g tadam, imqaxxar u mqatta
  • 250g pastard, mgholli
  • 140g kunserva
  • 200g spinaci, imsajjar
  • 150g pizelli
  • 200g basal, imqatta
  • qoxra ta lumija, mahkuka
  • 100g zebbug
  • zejt taz-zebbuga
  • 2 bajdiet, imhabbtin
  • ras tewm
  • ftit naghnieh
  • ftit gunglien
  • melh u bzar

Ghandek bzonn

    • Borma jew steamer
    • Tagen kbir u fond
    • Mgharfa tal-injam
    • Furketta
    • Dixx tal-forn
    • Pinzell
    • Bowl kbir tal-plastic (ghal ghagina)
    • Lembuba

Metodu

  1. Naddaf il-lampuki u sajjarhom fuq il-fwar inkella ghallihom. Hallihom jikshu, nehhi ix-xewk u farrakhom b’idejk stess.IMG_4224
  2. Sahhan iz-zejt taz-zebbuga go tagen daqsxejn kbir u fond. Qalli il-basal u t-tewm sakemm jiehdu daqsxejn kulur.
  3. Zid il-pizelli, il-pastard, spinaci, zebbug, tadam, kunserva, qoxra tal-lumija, ftit melh u bzar u naghnieh. Zid ukoll il-lampuki u sajjar ghal ftit minuti. Zid bajda wahda, hawwad u sajjar sakemm tara li ma baqa xejn likwidu fit-tahlitaIMG_4225
  4. Iksi dixx bl-ghagina u ghamel ftit toqob bil-furketta. Itfa it-tahlita u iccattja bil-wara tal-imgharfa. Iksi il-wicc bl-ghagina u erga ghamel ftit toqob bil-furketta fil-wicc. Jekk jifdallek xi ghagina zejda, tista izzejjen kif tixtieq.
  5. Idlek il-wicc bil-bajda l-ohra u ferrex ftit gunglien.
  6. Dahhal fil-forn temperatura tal-gas marka 5-6 ghal madwar 40 minuta.IMG_4230

PetPlanet.co.uk

Advertisements

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.