Bigilla

Ingredjenti

  • 800g ful tal-girba
  • Ras tewm, imqatta zghira
  • Mgharfa hwawar imhallta
  • Bzaru ahmar jahraq, imqatta zghir (jekk tixtieq li tkun pikkanti)
  • Zejt taz-zebbuga
  • Tursin frisk, imqatta zghir
  • Ftit melh

Ghandek bzonn

  • Borma
  • Food processor

Metodubigilla 1

  1. Itfa il-ful go bowl kbir jew go borma kbira u hallih jixxarrab matul il-lejl.
  2. Meta tkun lesta biex issajar, biddel l-ilma u itfghu fuq nar gholi bi ftit melh sakemm jaqbad ibaqbaq. Baxxi in-nar u hallih itektek sakemm il-ful jirtabu sew. Jekk ikun inxtorob hafna ilma, zid kemm hemm bzonn.
  3. Ghaffeg il-ful inkella uza food processor biex tghamel il-konsistenza kif tixtieqa.
  4. Zid it-tewm, zejt taz-zebbuga u il-bzaru jekk tixtieq. Hawwad kollox tajjeb u zejjen bit-tursin.